L-Arċisqof inkwetat fuq it-teħid ta' drogi fil-festi

"Irridu ninkoraġġixxu lill-Pulizija biex jieħdu azzjoni'

L-Arċisqof ta' Malta, Charles J Scicluna qal li huwa inkwetat li l-festi jsiru skuża biex in-nies jixorbu jew anke jieħdu overdose ta' droga. F'intervista li dehret ilbieraħ mal-gazzetta The Sunday Times of Malta, Scicluna esprima t-tħassib tiegħu dwar it-tbaħrid żejjed u li hemm min iġib skuza fil-qaddisin sabiex jagħmel il-parties. "Ma naħsibx li min jaqbeż il-limitu jagħti isem tajjeb lill-parties li jiġu organizzati ad unur il-patrun."

Meta mistoqsi dwar jekk hux kuntent bis-sitwazzjoni. l-Arċisqof Scicluna kompla jgħid li le, imma fl-istess waqt jemmen li m'għandhomx jitwaqqfu l-festi sempliċiment għax ikun hemm min jesaġera jew jaqbeż il-limitu. Minkejja dan, qal li dawn is-sitwazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati u li l-pulizija jkunu inkoraġġuti sabiex jieħdu azzjoni.

Dan jiġi fid-dawl ta' rapporti fil-gazzetti, partikolarment l-istorja tal-Ħadd 28 t'Awwissu li parti sostanzjali mill-15-il kilo eroina li nqabdet ġejja minn Sqallija lejn Għawdex, kellha l-intenzjoni li tasal għall-festa ta' Għajnsielem.

More in Socjali