L-Istituzzjoni tal-Lingwa tal-Ingliż NSTS se toffri klassijiet ta’ konverżazzjonijiet tal-Ingliż filgħaxija, u se jibdew dan ix-xahar b’inċentiv sabiex tgħin lill-individwi mhux biss itejbu l-ħiliet fil-ħeffa tal-kliem fl-Ingliż, imma wkoll ikollhom kunfidenza meta jitkellmu bl-Ingliż. Il-korsijiet ġew imwaqqfa biex jikkumpensaw għan-nuqqas ta’ opportunitajiet disponibbli għal individwi li jkollhom l-impenji u ma jistgħux jattendu l-korsijiet ta’ filgħodu regolarment, bħal letturi l-Università, u jipprovduhom b’ħiliet li jkollhom bżonn.
Il-klassijiet huma mqassmin f’erba’ ġimgħat li jibdew kull ġimgħa u li jistgħu jiġġeddu perjodikament biex l-istudenti jkunu jistgħu jagħżlu meta jibdew il-programm u sakemm jistgħu jdumu jiddependi mill-iskeda personali tagħhom.
Il-kors huwa disponibbli għal kelliema ta’ kull livell u huwa miftuħ kemm għal nies lokali u kif ukoll barranin li jixtiequ jtejbu l-ħiliet tat-taħdit fl-Ingliż. Il-lezzjonijiet se jsiru f’ambjent soċjali u l-istudenti se jimpenjaw ruħhom f’diversi konverżazzjonijiet ta’ suġġetti diversi, role-plays, u wkoll logħob tal-lingwa li huma kollha strutturati biex jimmotivaw lill-istudent biex jitkellem u jipprattika l-Ingliż fil-ħajja ta’ kuljum, kemm għax-xogħol, skola, attivitajiet soċjali u wkoll vjaġġar.
Is-sessjonijiet se jkunu nhar ta’ Tlieta u Ħamis filgħaxija għal siegħa u nofs biss bejn is-sitta u s-sebgħa u nofs sabiex nilqgħu l-iskedi personali tal-istudenti. Studenti li se jipparteċipaw fil-programm se jingħatalhom ċertifikat ta’ attendenza fl-aħħar tal-kors bħala premju finali miżjud, għas-suċċess ta’ tkomplija fil-kors. Bħala inċentiv miżjud, skontijiet se jiġu mogħtija meta jibbukkjaw dawn il-korsijiet.
Imwaqqfa fl-1963, l-NSTS għandha ’l fuq minn ħamsin sena esperjenza ta’ tagħlim ta’ kwalità f’korsijiet tal-Ingliż u għenet eluf ta’ studenti sabiex jiksbu l-miri fil-lingwi. Tifforma parti minn organizazzjoni li ma tagħmilx qligħ, l-NSTF, tipprovdi programmi edukattivi mhux formali għall-istudenti.