Wara li lbieraħ, bosta nies ħaduha bi kbira, u kkritikaw li l-Università ta' Malta se tkun qed toffri kors dwar il-Eurovision, jidher li dan mhux se jkun minnu, għaliex huwa biss parti minn suġġett wieħed li se jkun qed jiġi offrut li se jitratta dan is-suġġett.
Is-suġġett wieħed minn ħafna, li student irid jieħu għall-kors, se jkun jismu 'Interpreting Music Culture, Multimodality and the Eurovision', fid-deskrizzjoni tiegħu jgħid kif l-istazzjon MTV u l-ispettaklu tal-Eurovision huma fenomeni ta' spettaklu kbar u dan il-kors se jkun qed jimla vojt u jesplora b'mod kritiku dawn ix-xeni mużikali. Fil-fatt, dan is-suġġett se jkun qed jieħu forma ta' analiżi kritika dwar il-mużika popolari u l-fenomeni dinjija li huma l-aktar segwiti mill-pubbliku, bħall-istazzjon MTV u l-Eurovision
Is-suġġett, li qed jingħata mil-'Liberal Arts and Sciences Centre', se jkun qed jiġi mgħallem minn George Cremona.
Għal dan, membru mill-Kunsill Studenti Universitarju sostna li ċ-ċentru ilu jopera għal dawn l-aħħar tliet snin, u l-artikli li ttellgħu kienu jiddevjaw u ma jippreżentawx il-verità. Qal ukoll li sar kjass fuq ix-xejn u dawn is-suġġetti bħall-kultura pop huma suġġetti li jiġu studjati madwar id-dinja kollha, u fil-fatt, dan huwa biss suġġet ta' 4 kretti minn kors ta' sena li jkun jinkludi madwar 60 krettu.