Jinqabżu l-miljun turist fl-ewwel seba' xhur tas-sena

Żieda ta' 10.7% fit-turisti f'Malta f'Lulju

Total ta' 229,671 turist ġew Malta matul ix-xahar ta' Lulju. Din hija żieda ta' 10.7% fuq it-turisti li ġew is-sena ta' qabel, fl-istess xahar.

Il-persuni li kienu ġejjin minn pajjiżi oħra tal-UE, raw żieda ta' 9.6% meta mqabbla mal-ammonti li kien hawn f'pajjiżna is-sena ta' qabel. Il-maġġoranza tat-turisti kellhom bejn 25 u 44 sena, waqt li warajhom ġie l-grupp ta' bejn iż-0 u l-24 sena.

L-ammont ta' ljieli li tqattgħu Malta, wkoll żdiedu bi3.5% meta mqabbla mas-sena ta' qabel, b'total ta' 1,929,113-il lejl.

In-nefqa tat-turisti wkoll esperjenzat żieda ta' 4.3%, li jammonta għal nefqa ta' €229.6 miljun.

More in Socjali