L-isbaħ Pulena ta' Malta...illejla ddur it-toroq tal-Isla

Kont taf lil-leġġenda tgħid li l-istatwa ta' Maria Bambina tal-Isla.....?

Il-Bazilika tal-Isla ddedikata lill-Bambina
Il-Bazilika tal-Isla ddedikata lill-Bambina

Kont taf li l-Vitorja tal-Isla, dkont il-leġġenda, kienet Pulena ta' vapur? Iva, hekk hu. U l-lejla din il-Pulena mill-isbaħ, indurata bid-dehbijiet u b'devozzjoni liema bħala tal-poplu Senglean se tkun qed iddur it-toroq tal-Isla hekk kif pajjiżna ifakkar ir-rebħa Maltija fl-Assedju l-Kbir kif ukoll it-twelid tal-Verġni Marija, Marija Bambina. 

Fl-1581, ġewwa l-Isla inbniet knisja ddedikata lit-Twelid t’Ommna Marija bħala monument tar-rebħa tal-Kristjaniżmu fuq l-Islam fl-1565. Fl-istess sena din il-knisja saret Parroċċa u fit-8 ta’ Settembru 1595 beda x-xogħol sabiex tiġi mkabbra. Fl-1743 kien ġiet uffiċċjalment ikkonsagrata u fl-1783 ġiet pproklamata Collegiate Insigni, filwaqt li fl-1921 ġiet onorata bit-titlu ta’ Bażilika mill-Papa Benedittu XV. Fl-1750 ġiet mibnija kappella żgħira ddedikata lill-Purifikazzjoni t’Ommna Marija li kienet annessa mal-bażilika wara li din ġiet imwaqqa’ fit-Tieni Gwerra Dinija bl-attakki fuq il-bastiment HMS Illustrious. 

Huwa mifhum li din l-istatwa ġiet b’mod straordinarju – mill-baħar. Ġara li darba fost l-oħrajn, żewġ ċittadini mil-Isla kienu qegħdin ibaħħru l-oċejan Adrijatiku meta lemħu pulena  f’wiċċ l-ilma. Dawn iż-żewġ ċittadini talbu lill-kaptan sabiex iħallihom jieħdu magħhom din il-pulena ġewwa l-paroċċa tagħhom, li għalihom din il-pulena kienet xbieha t’Ommna Marija.

Leġġenda oħra dwar l-istatwa tal-‘Bambina’ kienet li din l-istatwa kienet miġjuba fuq vapur li minħabba maltemp kbir li sab, żbarka ruħu fuq din il-gżira u minn fuqha qatt ma reġa’ baħħar lura lejn id-destinazzjoni li kellu jmur fiha. ’Il fejn kienet id-destinazzjoni ta’ l-istatwa qatt ma kien sar magħruf. Matul is-sekli, bħala riżultat ta’ devozzjoni, din l-istatwa ġiet imżejna bil-ħaġar prezzjuż u inkurunata fl-4 ta’ Settembru 1921.

 

...jgħidu li oriġinarjament kienet pulena
...jgħidu li oriġinarjament kienet pulena

More in Socjali