Il-monument tas-Sette Giungno lura għal Pjazza San Ġorġ

Ir-rilokazzjoni għandha ssir sa qabel tmiem is-sena

Il-monument tas-Sette Giugno se jerġa' jiġi rilokat għal post fejn kien oriġinarjament, jiġifieri Pjazza San Ġorġ, wara li kien ittieħed fil-ġnien ta' Hastings meta kienu qed isiru x-xogħlijiet fuq Pjazza San Ġorġ.

Ftit xhur ilu kienet inħarġet sejħa għall-pubbliku sabiex jiġi magħżul post xieraq għal dan il-monument. F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Joe Mizzi u l-Kap tal-Korporazzjoni għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Stefan Zrinzo Azzopardi qalu li iktar minn 63% mit-308 persuna li ħadu sehem, wieġbu li dan għandu jkun is-sit għal dan il-monument.

Intqal ukoll li r-rilokazzjoni għandha ssir sa l-aħħar ta' din is-sena. Il-Partit Nazzjonalista u l-ispeaker tal-Parlament kienu wrew ix-xewqa tagħhom li tali monument jitressaq fil-viċinanzi tal-Parlament il-ġdid.

More in Socjali