F’kumment li għamel Charles Miceli, il-kelliem għall-Alleaza kontra l-faqar, huwa stqarr li “nemmen li min qed jattakka lill-Gvern għax ta xogħol lil dawn is-600 ħaddiem li ilhom is-snin jirreġistraw, ma jafx x’jiġifieri tispiċċa d-dar, ġurnata wara oħra, tgħodd it-travi…”
Dan qalu fid-dawl ta’ skema li nieda l-Gvern sabiex 600 ħaddiem li kienu kkunsidrati bħala ‘diffiċli biex jingħataw xogħol’ issa tneħħew minn fuq ir-reġistru tax-xogħol u għal-paga minimu, ingħataw xogħol ta’ komunità ma’ Kunsilli Lokali, fi skejjel tal-Gvern jew ma NGOs.
Għall kritika li nkitbet dwar dan f’xi ġurnali, ir-reazzjoni ta’ Miceli kienet li skont hu, “Dan il-gvern għamel ħafna żbalji, u anke hu ammettiehom, iżda meta rreveda din l-iskema għamel biċċa xogħol ta’ raġel”