L-Oroskopju

Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa

L-Oroskopju
L-Oroskopju

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Personalità: Int trid tkun dik il-persuna bħalissa li trid turi karattru sod fil-personalità tiegħek. Toqgħodx tilgħab.

Imħabba: Din sitwazzjoni li fil-mument qiegħda tkun ta’ battalja għalik. Taqtax qalbek.

Tbassir: Żmien iebes hemm riesaq lejk, imma żmien li se jissodalek il-karattru tiegħek

L-istilla favorita tiegħek li kapaċi tifhmek sabiex tiggwidak hi minn Libra.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 17, 24 u 32.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna.

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Personalità: Għalkemm int persuna sensittiva ħafna, trid tibqa’ turi li int persuna li kapaċi tieqaf.

Imħabba: Mument ta’ riflessjoni minn dak li ġarrabt fil-passat biex ma tagħmilx l-istess żball.

Tbassir: Bidla li tixtieq tagħmel, ibda ħejji sabiex twettaqha. Il-mument huwa tajjeb.

L-istilla favorita tiegħek li kapaċi tifhmek sabiex tiggwidak hi minn Scorpio

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma blu, aħdar u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 12, 22 u 38.

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Personalità: Wasal iż-żmien li trattab ftit dik ir-ras iebsa tiegħek. Tibqax marbut b’din l-attitudni.

Imħabba: Għalkemm l-imħabba tidher waħda stabbli, kun dejjem motivat sabiex dejjem issaħħaħha.

Tbassir: Opportunità li int taħseb li għandha tkun tajba, tajjeb li tagħmel daqsxejn stħarrip fil-fond dwarha.

L-istilla favorita tiegħek li kapaċi tifhmek sabiex tiggwidak hi minn Sagittarius.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma aħmar, kannella u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 15, 28 u 30.

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Personalità: Huwa mument ta’ riflessjoni dwar jekk għandekx tidħol f’iktar responsabbiltà.

Imħabba: Okkażjoni li int qed tħejji, taf tkun importanti sabiex ittejjeb ir-relazzjoni.

Tbassir: Agħraf kun iktar iffukat sabiex tagħraf min huma l-vera ħbieb.

L-istilla favorita tiegħek li kapaċi tifhmek sabiex tiggwidak hi minn Capricorn.

Kuluri favoriti ma’ taurus huma aħdar, oranġjo u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 11, 23 u 34.

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Personalità: Wasal il-mument li tbiddel ftit minn dik id-dehra ta’ madwarek.

Imħabba: Persuna mill-passat sejra tfittex l-għajnuna tiegħek.

Tbassir: Il-karriera tiegħek se tkompli tikber u iktar opportunitajiet resqin lejk.

L-istilla favorita tiegħek li kapaċi tifhmek sabiex tiggwidak hi minn Aquarius.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma blu, isfar u oranġjo.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 19, 29 u 33.

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Personalità: Wasal iż-żmien li int turi li int kapaċi tieħu deċiżjoni. Taqtax qalbek.

Imħabba: Bħalissa għandek il-maltemp madwarek. Agħraf x’inhu vera tajjeb għalik.

Tbassir: Taqtax qalbek minn deċiżjoni li trid tieħu. Aħjar fejn kont milli fejn qiegħda.

L-istilla favorita tiegħek li kapaċi tifhmek sabiex tiggwidak hi minn Pisces.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 13, 27 u 38.

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu

Personalità: Fil-jiem li ġejjin trid turi iktar il-qawwa tiegħek meta se tasal għal deċiżjoni.

Imħabba: Għalkemm m’intix tħossok f’postok, ħalli ftit żmien ieħor dwar din id-deċiżjoni.

Tbassir: Taqtax qalbek jekk intefgħet iktar responsabbiltà fuqek. Din se tagħmlek iktar int.

L-istilla favorita tiegħek li kapaċi tifhmek sabiex tiggwidak hi minn Aries.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 26 u 34.

Leo huma magħrufin kemm huma umli.

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Personalità: F’dawn il-jiem li ġejjin, trid turi iktar il-karattru tiegħek b’mod ġenerali fejn tirrigwarda karriera.

Imħabba: Għalkemm tħossok li qiegħed tajjeb, xorta waħda ma tista’ tieħu xejn bħala garantit.

Tbassir: Proposta li int għandek tirċievi fil-viċin, għandek tagħmel analiżi sew tagħha qabel tieħu deċiżjoni.

L-istilla favorita tiegħek li kapaċi tifhmek sabiex tiggwidak hi minn Taurus.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma oranġjo, isfar u kannella.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 15, 22 u 35.

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru

Personalità: Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar trid tadatta għall-bidla fil-ħajja li ġiet fuqek. Int kapaċi tadatta għal kull sitwazzjoni.

Imħabba: Tagħtix kas ta’ dak li tisma’. L-għira qiegħda kbira kontra tiegħek minħabba t-tjubija tiegħek fl-imħabba.

Tbassir: Stedina li ġejja taf tkun utli għal dak li hemm fil-ħseib tiegħek għall-futur. Agħraf sew dak li jseħħ.

L-istilla favorita tiegħek li kapaċi tifhmek sabiex tiggwidak hi minn Gemini.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma blu, aħdar u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 14, 25 u 39.

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

 

Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru

Personalità: Jekk int ma trattabx ftit rasek, ma tistax timxi ’l quddiem. Kun iktar bilanċjat, mhux dejjem trid tgħaddi tiegħek.

Imħabba: Wasal iż-żmien li tagħti ftit iktar attenzjoni lejn il-partner tiegħek. Kulħadd jieħu gost bi ftit iktar attenzjoni.

Tbassir: Kuntratt li riesaq għal forma ta’ ftehim, agħraf li kollox ikun sew kif jaqbel lilek. Tafdax.

L-istilla favorita tiegħek li kapaċi tifhmek sabiex tiggwidak hi minn Cancer.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma aħmar, iswed u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 11, 28 u 32.

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.

 

Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru

Personalità: Jekk int se tibqa’ mwaħħla mal-passat, san se jikkawża telf kbir mis-sabiħ li għandu jibda jersaq lejk.

Imħabba: Eżami li int qed tagħmel ġewwa fik mhux se jkun biżżejjed sabiex tasal fejn tixtieq int.

Tbassir: Għalkemm tidher li qed tħares lejn il-futur, xorta għadek imwaħħal mal-passat. Ħoll dan il-ħsieb.

L-istilla favorita tiegħek li kapaċi tifhmek sabiex tiggwidak hi minn Cancer.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma blu, roża u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 16, 24 u 34.

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.

 

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Personalità: Tibdil ġewwa fik li int ilek tħoss, issa huwa l-mument li tibda turi dan. Ħares ’il quddiem biss.

Imħabba: Żmien ta’ inċertezza madwarek li ilu ftit jinħass, hemm bżonn li tiffaċċja r-realtà u ma tibżax mill-pass li trid tieħu.

Tbassir: Pawża li ġejja mhux se tkun ħażina, anzi jkun mument fejn int trid tikkonċentra iktar.

L-istilla favorita tiegħek li kapaċi tifhmek sabiex tiggwidak hi minn Leo.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma aħmar, blu u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 18, 29 u 30.

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.

More in Socjali