17% tal-irġiel jirreġistraw fittxew impjiegi klerikali

… filwaqt li kien hemm 31% tan-nisa jfittxu l-istess tip ta’ impjiegi

Fl-aħħar stħarriġ li ħareġ dwar iċ-ċifri tar-reġistru tax-xogħolijiet, deher li 17.7% fost l-irġiel fuq ir-reġistru, fittxew impjieġi klerikali, filwaqt li għall-istess tip ta’ impjiegi klerikali, il-persentaġġ ta’ nisa li fittxewhom kien ta’ 31.9%

B'mod ġenerali, ikkumparat mal-5,062 persuna li kienet tirreġistra għax-xogħol bħal dan iż-żmien is-sena l-oħra, sa Lulju tal-2016, in-numru ta’ nies jirreġistraw niżel għal 3,360

Skont Jobsplus, fost l-etajiet kollha ta’ nies jirreġistraw sa Lulju ta’ din is-sena, kien hemm tnaqqis globali, ta’ 1,551 persuna jirreġistraw taħt ‘Part 1’ u tnaqqis ta’ 151 persuna fost dawk li jirreġistraw taħt ‘Part 2’ tar-reġistru tax-xogħol.

Skont l-istatistika maħruġa mill-NSO deher ukoll li anke n-numru ta’ nies b’diżabbiltà li kien qed jirreġistraw naqas għall-361, 23 inqas mis-sena li għaddiet.

More in Socjali