L-iktar stħarriġ riċenti tal-Awtorità tax-Xandir juri kif l-aktar programm popolari minn fost l-istazzjonijiet kollha huwa l-aħbarijiet tat-TVM.
Wara dan, kienu jiġu l-programmi tad-drama, b''Ċaqqufa', 'Strada Stretta' u 'Katrina', kollha fuq TVM jikklassifikaw wara l-aħbarijiet.
L-istħarriġ, ibbażat fuq Lulju ta' din is-sena juri wkoll kif l-istazzjonijiet One TV (18.1%), u Net TV (8.1%) jiġu wara TVM b'36.6%.
L-istħarriġ jitkellem ukoll dwar l-istazzjonijiet tar-radju, bl-istazzjon Bay ikun l-iktar popolari b'25.73% tas-semmiegħa, u warajh jiġi One Radio u Radju Malta.