'Jew tiftħu l-aċċess għal Manoel Island sal-4.00pm, inkella...'

Il-Kunsill Lokali tal-Gżira b'ultimatum lil MIDI biex jerġa' jiftaħ l-aċċess għal Manoel Island

Il-Kunsill Lokali tal-Gżira, f'ittra li bagħat lis-CEO tal-grupp MIDI, Luke Coppini ta ultimatum sabiex sal-4.00pm, jerġa' jinfetaħ l-aċċess għal Manoel Island.

Il-Kunsill qal li f'laqgħa li kellu lbieraħ filgħaxija, qabel unanimament, li b'mod formali jitolbu aċċess għall-'foreshore' tal-post, hekk kif inhu stipulat fil-kuntratt tal-konċessjoni.

Il-Kunsill qal ukoll li l-aċċess għandu jkun infetaħ sal-erbgħa ta' waranofsinhar tal-lum, u jiġi indikat minn fejn se jkun qed jingħata l-aċċess, "u li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, sabiex għall-ġid kommuni, nevitaw azzjonijiet ulterjuri."


 

More in Socjali