Il-karozzi tal-‘Google' se jkunu Malta fil-ġimgħat li ġejjin

Is-sistema tal-mapep tal-'Google Street View' se tiġi aġġornata b’ritratti meħudin madwar it-toroq ta’ Malta

Mill-ġimgħa d-dieħla hemm ċans taraw xi waħda minn dawn il-karozzi fit-toroq ta' Malta
Mill-ġimgħa d-dieħla hemm ċans taraw xi waħda minn dawn il-karozzi fit-toroq ta' Malta

Il-funzjoni ta’ ‘Google Maps’ imsejjħa ‘street view’ se taġġorna l-mapep ta’ Malta tagħha permezz ta’ karozzi speċjali li se jkun qed isuqu madwar it-toroq fil-jiem li ġejjin.

Infatti mill-ġimgħa d-dieħla, karozzi tal-kumpanija Google se jkunu qegħdin iduru fit-toroq ta’ Malta u Għawdex sabiex jieħdu ritratti panoramiċi bi 360 grad, ta' numru ta’ postijiet f’Malta u Għawdex, li jinkludu postijiet storiċi, bajjiet u atrazzjonijiet turistiċi.

Is-sistema ‘street view’ ilha topera mill-2007 u s’issa tinkludi mapep ta’ 77 pajjiż li permezz tagħhom l-utenti tal-‘google maps’ ikunu jistgħu virtwalment jinnavigaw u jesploraw it-toroq tal-pajjiż li jagħżlu.

Il-karozzi ta’ Google se jibdew il-proġett forografiku tagħhom mill-Belt Valletta fid-19 ta’ Settembru, u minn hemm imbgħad joħorġu fi bliet u rħula oħra.

More in Socjali