Deportazzjoni għall-raġel wara attakk sesswali fuq tfajla

Raġel mill-Arabja Sawdija se jiġi deportat wara attakk sesswali fuq studentessa Taljana fis-Swieqi

Il-Qorti tordna d-deportazzjoni ta' raġel mill-Arabja Sawdija
Il-Qorti tordna d-deportazzjoni ta' raġel mill-Arabja Sawdija

Il-Qorti ordnat li Naif Abdulrahman A. Altuwah, raġel ta’ 22 sena mill-Arabja Sawdija, jiġi deportat lura f’pajjiżu wara li ġie akkużat li nhar il-Ħadd li għadda huwa attakka sesswalment studentessa Taljana fis-Swieqi.

Il-Qorti semgħet kif nhar il-Ħadd li għadda, l-istudentessa Taljana li tinsab Malta biex tistudja l-Inġliz għamlet rapport lill-Pulizija li għall-ħabta ta’ nofsinhar, ir-raġel kien ġera warajha qabel ma’ żamma kontra r-rieda tagħha u prova jbusa u jbabasha.

Fil-Qorti, l-akkużat ammetta għall-akkużi ta’ attakk indeċenti. Fid-dawl tal-akkużi u tal-fatt li l-akkużat ammetta r-reat tiegħu, il-Qorti ordnat id-deportazzjoni tiegħu.

Huwa jinsab taħt il-kustodja tal-Pulizija sakemm it-titjira tiegħu lura lejn l-Arabja Sawdija titlaq.

More in Socjali