Fl-ewwel sena ta’ operat, iċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo ta mas-70,000 servizz differenti lill-pazjenti li għaddew minn dan iċ-ċentru.
Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt żjara fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija f’għeluq l-ewwel sena mill-operat ta’ dan l-isptar.
Ic-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo jiġbor fih is-servizzi kollha tal-onkoloġija taħt saqaf wieħed u huwa sptar mgħammar b’apparat avvanzat fil-qasam tal-kura tal-kanċer.
“F’temp ta’ sena l-Isptar Sir Anthony Mamo diġà laħaq livell ta’ eċċellenza fil-kura tal-kanċer. Iżda s-suċċess ta’ dan iċ-ċentru huwa mertu tal-istaff li b’dedikazzjoni u mħabba joffri l-aqwa servizz possibbli lill-pazjenti tagħna,” qal il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.