Qarrej tal-illum.com.mt li kien għaddej jippassiġġa Selmun, waqt li jammira l-veduta impekkabbli li jafu joffru dawk l-inħawi seta' jinnota li xi ħadd, donnu ma kienx jaf li jeżisti servizz ta' bulky refuse b'xejn fil-lokalitajiet kollha.
Dan għaliex iddeċieda li jarmi friġġ f'nofs il-kampanja, u b'konsegwenza ta' dan ikerrah u jħammeġ l-ambjent intatt li hemm.