L-Oroskopju
Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa
minn Paul Jon
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, dan ser iġib bosta sitwazzjonijiet varji għall-istilla tal-Aquarius, però l-aktar ħaġa importanti hi li inti tkun kapaċi żżomm kontroll tiegħek quddiem dak li jista’ jkun żmien daqsxejn iebes però jekk tagħraf tuża moħħok u mhux qalbek ser tistabbilixxi aktar lilek innifsek u trabbi aktar karattru sod u ddixxiplinat. Taqtax qalbek.
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Capricorn.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 18, 23 u 32.
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, ser iġib miegħu responsabbilità ġdida għalik. Għalkemm din ir-responsabbilità għadha mhix evidenti f’ħajtek, ser tkun reali fil-ġimgħat li ġejjin. Din ser toħloq xi ftit ta’ żbilanċ fil-ħajja ta’ madwarek, għalhekk issa li int qiegħed tkun iggwidat/a għandek tħejji għal din is-sitwazzjoni sabiex iżżomm bilanċ biex tevita l-problemi.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Saggitarius.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 12, 28 u 34.
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.
Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, dan ser jagħmlek xi ftit nervuż dwar xi ħaġa li qed tħossok li qed taħdem ħafna fiha imma għal xi raġuni m’intix tirnexxi fiha Però trid tibqa’ tissielet għax fl-aħħar mill-aħħar ser jirnexxilek. Huwa vera li hemm ċerti ostakoli imma jekk jirnexxilek tibqa’ kawt/a u tikkumbatti jirnexxilek.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Scorpio.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 11, 24 u 37.
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.
Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, li għalik ser ikun xi ftit iebes, iż-żmien jaqleb għall-aħjar hekk kif jaqleb għax-xahar t’Ottubru. Alissa trid tagħraf tkun iktar ikkonċentrat fuq il-karriera tiegħek. Kun aktar iffokat sabiex ma jkunx hemm min japprofitta ruħu minnek. Trid tiffoka aktar fuq ir-relazzjoni tiegħek biex ma taqax fil-monotonija.
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Libra.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 10, 26 u 37.
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, ser ikun żmien iffokat kompletament fuq il-karriera tiegħek. F’xogħlok ser jinħolqu bosta opportunitajiet imma trid tagħraf li għalkemm il-karriera ser tkun front qawwi, trid tibbilanċja wkoll mal-imħabba madwarek. Ser ikun hemm mumenti mimlijin attivitajiet iżda trid issib bilanċ għal dawk in-nies ta’ madwarek
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Cancer.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 13, 27 u 38.
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifadan il-perjodu ser ikun mimli deċiżjonijiet ġodda. Għalkemm jaf ikunu xi ftit iebsin huma deċiżjonijiet li jridu jsiru. Quddiemek jaf ikollok għażla jew inkella id-destin iwasslek għal deċiżjoni ħabta u sabta u għalhekk tajjeb li tirrifletti ftit u fil-mument ġust tagħmel dak li huwa ta’ ġid għalik.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Gemini.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 19, 27 u 33.
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu
Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, dan ser iġib miegħu perjodu li fih għandek trabbi l-kunfidenza kemm f’dak li hemm madwarek kif ukoll fik innifsek. Kunfidenza li tagħtik ċertu enerġija tista’ twassal biex tagħraf timxi u tħares ’il quddiem b’aktar ċertezza, għalhekk aħtaf dan il-perjodu li jagħtik ukoll stabbilità qawwija biex twessa dak kollu li għandek madwarek.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Virgo.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 12, 25 u 34.
Leo huma magħrufin kemm huma umli.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, dan ser iġib miegħu sfida, sfida biex inti tagħraf aktar lilek innifsek u ssib verament min int, x’verament trid u xi jkun ta’ ġid għalik. Mhix sejra tkun sitwazzjoni faċli għalik għax dan iż-żmien jaf iġib miegħu ħafna tibdiliet imma issa wasal dak il-mument li inti trid tara x’jaqbel lilek u mhux x’jaqbel lil dawk ta’ madwarek.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Leo.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 23 u 34.
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru
Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, ser iġib miegħu diversi opportunitajiet għalik. Jaf ikun hemm ukoll xi tibdil minn dak li qed tagħmel illum. Barra dan ovvjament sejra tinħoloq aktar pressjoni fuqek u hekk trid turi kemm int vera taf tibbilanċja fil-ħajja tiegħek għax jekk ma’ dawn l-opportunitajiet ma ssibx bilanċ jaf imurlek kollox ħażin.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Taurus.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 14, 29 u 37.
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.
Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru
Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa trid toqgħod ftit aktar attent lil min tafda u ma tafdax. Issa huwa dak il-mument li ser tgħaddi minn eżami ta’ min huma l-veru ħbieb tiegħek. Xorta waħda trid tagħraf żżomm ċertu affarijiet kunfidenzjali għall-ġid tiegħek stess. Tajjeb ikollok ħbieb li tafda sa ċertu punt imma ibda kun ftit riservat.
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Aries.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 16, 22 u 39.
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.
Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru
Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, dan sejjer jieħdok lura biex iġġedded il-memorji tal-passat u dan jista’ jwassal li jekk ma toqgħodx attenta titfixkel mir-rutina li qbadt. Mhux faċli li tinsa l-passar però jekk inti tagħraf tħares lejn il-passat bħal esperjenza li inti tgħallimt minnha. L-esperjenza sservik ta’ gwida għal li ġej u dan għandu jgħinek tkompli tavvanza f’ħajtek.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Pisces.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 14, 28 u 35.
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.
Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, dan jista’ jġib miegħu dimensjoni aktar wiesgħa sabiex inti tkun aktar flessibbli u sensittiva fil-ħajja tiegħek. Għalkemm dawn jafu jagħmluk persuna totalment differenti milli inti llum, dan kollu ser jiġri biex jgħinek tipprepara għall-futur. Imxi ma’ din il-bidla sabiex tara kemm ġejjin sitwazzjoijiet sbieħ għalik.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Aquarius.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 12, 28 u 30.
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.