Tixtri biljett għal titjira u ma jkollok titjira xejn ... l-Etihad twissi

Il-linja tal-ajru twissi kontra siti li qed ibiegħu biljetti għal titjiriet bi frodi u qerq 

Il-linja tal-ajru Etihad twissi kontra bejgħ ta' biljetti tal-ajru minn siti partikolari, bi frodi u qerq
Il-linja tal-ajru Etihad twissi kontra bejgħ ta' biljetti tal-ajru minn siti partikolari, bi frodi u qerq

Il-linja tal-ajru Etihad wissiet lill-klijenti tagħha u lil dawk kollha li beħsiebhom isiefru biex joqgħodu attenti minn fejn jixtru biljetti tal-ajru għal titjiriet magħha. Dan hekk kif jidher li xi siti qed ibiegħu biljetti tal-Etihad b'qerq u frodi, bil-wegħda li l-konsumaturi jkollhom aċċess għall-avvenimanti soċjali partikolari. Fi stqarrija l-kumpanija Etihad wissiet lill-konsumaturi biex ma jixtrux biljetti minn dawn is-siti għax inkella jistgħu jingidmu waħda sew. 

Il-kumpanija għarrfet ukoll li se tkun qed tieħu l-passi legali kollha neċessarji kontra is-sidien tat-tali siti elettroniċi. 

More in Socjali