F’April tal-2016, in numru ta’ impjiegi full-time irreġistrati żdied b’4.3%, meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2015, filwaqt li l-impjiegi par-time raw żieda ta’ 5.8%
Stħarriġ maħruġ minn Jobsplus juri li f’tul ta’ sena, l-opportunitajiet għax-xogħol full-time żdiedu b’3.2%, u laħqu il-181,502…żieda ta’ 7,384 persuna taħdem, li jirriżultaw f’1,817-il persuna inqas tirreġistra.
Servizzi ta’ support u xogħolijiet ta’ ammistrazzjoni kienu fost l-aktar tipi ta’ xogħolijiet li taw kontribuzzjoni għal din iż-żieda, meta mqabbla ma’ April tal-2015.
Fis-settur privat, in-numru ta’ impjiegi full-time żdiedu b’7,075 għal total ta’ 133,370. Impjiegi fis-settur pubbliku żdiedu bi 309, għal total ta’ 44,381 persuna.
In-numru ta’ persuni reġistrati li jaħdmu għal rashom fuq bażi full-time tela’ b’420 aktar mis-sena li għaddiet.
Anke n-numru ta’ impjiegi par-time żdied b’6.1% meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2015. F’dan is-settur l-aktar impjiegi li taw kontribut għaż-żieda fix-xogħolijiet kienu l-industrija tal-akkomodazzjoni u tal-ikel, xogħol fuq bejgħ, xogħol ta’ tiswija fuq karozzi u muturi u xogħolijiet ta’ ammistrazzjoni u sapport.
In-numru ta’ ħaddiema li għandhom kemm impjieg full-time, kif ukoll par-time, żdied għal 24,335, żieda ta’ 6.5% , filwaqt li n-numru ta’ ħaddiema li għandhom biss impjieg par-time żdied ukoll b’5.8%, għal total ta’ 35,053
Miż-żieda fin-numru ta’ impjiegi li ġew irreġistrati din is-sena, 3.2% minnhom kienu rġiel, filwaqt li 6.3% kienu nisa.