Qed jitwieldu aktar trabi f'Malta....
Is-sena l-oħra twieldu 4,435 tarbija f'Malta
More in Socjali
Is-sena l-oħra twieldu 4,435 tarbija f'Malta
Rapport maħruġ min-National Obstetrics Information System juri li s-sena li għaddiet twieldu f’Malta u f’Għawdex xejn inqas minn 4,435 tarbija, li minnhom 66 twieldu tewmin u tliet trabi twieldu triplets. Dan l-ammont juri żieda totali ta’ 118-il wild fuq is-sena ta’ qabel.
Ir-rapport tal-NOIS juri li x-xejra tal-ommijiet li jkollhom it-tfal aktar tard fl-età kompliet tiżdied, hekk kif 36% tal-ommijiet kellhom bejn it-30 u l-34 sena. Kien hemm ukoll tnaqqis marġinali fit-twelid b’ċesarja, bl-ommijiet li welldu ċesarja jammontaw għal 31%, punt perċentwali inqas mis-sena ta’ qabel, fejn l-ammont ta’ ommijiet li welldu ċesarja kien ta’ 32%.
Intant ir-rapport juri wkoll li fl-2015 ma kien hemm ebda mwiet ta’ ommijiet waqt jew konsegwenza tal-ħlas. F’pajjiżna ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet ta’ ommijiet waqt il-ħlas għal dawn l-aħħar ħames snin.