Il-ħsejjes tal-murtali tal-festi mhux ikkontrollati mil-liġi

Il-liġi li tirregola l-logħob tan-nar ma tikkunsidrax l-istorbju li dawn jagħmlu

Il-ħsejjes li jiġu minn attivitajiet ta' delizzji tradizzjonali u attivitajiet li huma parti mill-kultura u t-tradizzjoni tal-pajjiż, li jinkludu l-festi tar-raħal fost l-oħrajn, u allura anke l-ħsejjes mill-murtali u l-logħob tan-nar, mhumiex ikkontrollati mil-liġi. 

F'mistoqsija Parlamentari tad-deputat Joe Farrugia, il-Ministru għall-Ambjent José Herrera qal li l-ħsejjes ta' dawn l-attivitajiet mhumiex ikkontrollati, la mil-liġi Sussidjarja 549.37 'Assesment and Management of Environmental Noise Regulations' u lanqas mil-liġi Sussidjarja 33.03, 'Control of Fireworks and other explosives regulations'. Din tal-aħħar fil-fatt tirregola l-logħob tan-nar iżda ma tikkunsidrax il-ħsejjes li dawn jipproduċu.

More in Socjali