L-Oroskopju

Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Int persuna li ma tantx fil-mument tista’ tagħti dik l-imħabba li tant verament tixtieq. Għalhekk, bħalissa ara lil min verament int tista’ tafda b’ċertu kliem sabiex ma’ din il-persuna tkun tista’ tiftaħ qalbek dwar din is-sitwazzjoni li bħalissa qiegħda tinkwetak. Din is-sitwazzjoni li għaddejja minnha bħalissa taf tagħmlek ftit nervuża u tħossok qiegħda f’tensjoni però tajjeb għalik li fi żmien ħmistax oħra tista’ toħroġ minnha.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Ottubru taf tkun ta’ ostaklu għalik, ġejja minn Libra.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 24 u 36.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

Iż-żmien għaddej minn madwarek u aktar ma jgħaddi aktar qed titlef iċ-ċans li dik is-sitwazzjoni li tant tixtieq tirranġa jew tirregola aktar taf tkun waħda diffiċli, imma jekk minn issa tagħraf tikkumbatti, hemm possibbiltà tajba li tista’ tilħaq l-għan tiegħek. Mhix se tkun sitwazzjoni faċli, imma tissielet u taf tirbaħ dak li int tant tixtieq. Qatt m’għandek taqta’ qalbek għax dak biss jista’ jfisser il-falliment tiegħek.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Ottubru taf tkun ta’ ostaklu għalik, ġejja minn Scorpio.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 18, 26 u 32.

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Ħsieb ta’ pjan li int tixtieq twettaq, jista’ f’dawn il-ħmistax isir, imma trid verament tħejji sew għalih, u int taf li int ma tantx tħobb tmur ħażin f’dak li int tkun trid twettaq. U int taf li minn dan il-pjan, int trid tagħti spinta ’l quddiem lil dak li hemm bżonn isir. Għalhekk, tgħaġġilx u toqgħodx tgħid jew taħseb li b’ġebla waħda se tolqot żewġ għasafar għax taf tispiċċa ma tolqot l-ebda għasfur. Agħraf sew dak li int trid iseħħ.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Ottubru taf tkun ta’ ostaklu għalik, ġejja minn Sagittarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 17, 23 u 35.

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Issa huwa dak il-mument li int għandek tagħraf iktar int verament x’tixtieq, kemm għalik u kemm għall-ħajja ta’ madwarek. Issa trid tagħraf iktar ir-responsabbiltà li int erfajt u trid turi kemm int matur għal dak li hemm bħalissa madwarek u huwa għalhekk issa b’dan kollu jdur madwarek trid tagħraf x’verament int xi trid. Tippruvax tieħu xi parir mingħand xi ħbieb. Dan int biss trid tagħraf verament x’jgħodd għalik.

Kuluri favoriti ma’ taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Ottubru taf tkun ta’ ostaklu għalik, ġejja minn Capricorn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 1, 14, 28 u 31.

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Skeda li int ilek tħejji għaliha, issa tad li wasal dak il-mument li tibda twettaqha. Mhijiex se tkun xejn faċli għalik, speċjalment fid-dinja ġdida li int se tipprova tidħol, imma bil-karattru qawwi u determinat tiegħek ta’ Gemini, xejn mhu diffiċli. Magħruf li tgħeleb kull sfida li int issib quddiemek, din ukoll se tgħelibha però għandek tela’ quddiemek, imma titlagħha u emta tilħaq il-quċċatta, se tkun sodisfatt ħafna.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Ottubru taf tkun ta’ ostaklu għalik, ġejja minn Aquarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 13, 29 u 33.

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żmien ta’ stennija ta’ risposta partikolari wasal, u dan għandu jiġri f’dawn il-ħmistax li ġejjin, fejn f’dawn il-ħmistax għandek impenji importanti wkoll barra l-istennija tant ta’ aħbar li ilek xhur tistenna. Però, għal dan iż-żmien kollu li qattajt kważi fuq ix-xwiek, ma kienx għalxejn, u din l-aħbar sejra tiftaħlek bosta toroq kemm fil-ħajja professjonali u kemm fil-ħajja personali ta’ madwarek.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Ottubru taf tkun ta’ ostaklu għalik, ġejja minn Pisces.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 19, 27 u 38

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu

Xi kultant, li twebbes rasek ikun ħażin, imma bħalissa għalik dan huwa ta’ gwadann sabiex int turi li int ta’ karattru. Iva, jistgħu jaqtgħuk ħażin, imma dan huwa l-bżonn tal-mument li int se taffaċċja. B’dak li int se turi f’dan il-mument, m’int se titlef l-ebda kredibbiltà, anzi, se tagħti twissija li int taf tadatta lilek innifsek għal kull sitwazzjoni li tersaq lejk. Kliem ta’ xi wħud mhu se jċekken xejn b’dak li int se tagħmel.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Ottubru taf tkun ta’ ostaklu għalik, ġejja minn Aries.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 15, 28 u 36.

Leo huma magħrufin kemm huma umli.

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Fażi mimlija ħsibijiet li qiegħda tnaqqaslek ir-rankatura li int kont għaddej biha, però dan mill-banda l-oħra, se jpoġġik f’pożizzjoni sabiex int tiffoka ftit iktar fuqek, xi ħaġa li żgur għandek bżonn. Kull sitwazzjoni fiha l-pożittiv u n-negattiv tagħha, għalhekk, għalkemm din il-fażi qiegħda ttelfek minn ċertu rutina tas-soltu, imma huma mumenti sabiex int tirrifletti ftit aktar dwarek. Aħtaf din l-opportunità u int tħossok aħjar żgur.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Ottubru taf tkun ta’ ostaklu għalik, ġejja minn Taurus.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 14, 22 u 34.

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru

Opportunità li riesqa lejk se toħloq xi ftit ta’ tensjoni madwarek, u int taf li fil-mument, mhux iż-żmien għal ċertu deċiżjonijiet. Int taf ukoll li bħalissa trid tkun ferm attent minn dak li int tagħmel minħabba dak li int tkun għaddejt ftit ta’ żmien ilu. Fl-istess waqt, ovvjament ma tridx titlef dak li jista’ jkun ta’ iktar gwadann għalik, imma trid tagħraf sew u b’għaqal kbir dak li hemm propost f’din l-opportunità li riesqa lejk.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Ottubru taf tkun ta’ ostaklu għalik, ġejja minn Gemini.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 17, 28 u 32.

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru

Bħalissa huwa żmien fejn int trid tagħraf aktar timxi b’moħħok milli b’qalbek. Hemm sitwazzjoni madwarek li int trid taffaċċja bil-qawwa kollha, u li int taf u ma tħallix din is-sitwazzjoni tħarbat dak li bnejt f’dawn l-aħħar xhur. Xejn ma jsir malajr, u kollox irid il-ħin tiegħu. Issa huwa dak il-waqt sabiex int tara kemm int kapaċi bil-moħħ tgħeleb dak li hemm, u tħossok sodisfatt jew inkella titkaxkar u tara telfa. Agħraf.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Ottubru taf tkun ta’ ostaklu għalik, ġejja minn Cancer.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 15, 28 u 36.

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.  

Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru

Xi ħaġa komuni miegħek hi l-ħakma tal-passat, u hekk se jiġri fil-ġimgħat li ġejjin, se terġa’ tkun maħkuma minn sitwazzjoni li int għaddejt fil-passat. Persuna li ma tantx kellek mumenti feliċi magħha, se terġa’ titfaċċa fil-ħajja tiegħek, u dan jaf ikun ukoll ta’ eżami għalik sabiex int tara kemm int issa wara dak kollu li esperjenzajt kemm int vera b’saħħtek sabiex tgħeleb dak li jista’ jkun ta’ ħsara għalik.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Ottubru taf tkun ta’ ostaklu għalik, ġejja minn Virgo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 17, 26 u 39.

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Magħrufa kemm int kapaċi taffaċċja sitwazzjonijiet iebsin. Grazzi għal dan, int għandek tkun kawt ħafna f’dak li jista’ kersaq lejk. F’mument fejn int qiegħed imdawwar b’ħafna pożittività, m’għandekx tkun imfixkel minn dak li ġej. Speċjalment fejn tidħol l-imħabba. Grazzi għalik, int għaqqadt madwarek imħabba soda u għal din ir-raġuni, int għandek tagħrad iżjed li dak li int għaqqadt, ħadd ma jħarbatulek.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Ottubru taf tkun ta’ ostaklu għalik, ġejja minn Leo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 12, 23 u 34.

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.

More in Socjali