Disa' ATMs tal-BOV bħalissa mhumiex qed jitħaddmu

Dan ġie kkawżat minn numru ta’ attentati frawdolenti matul tmiem il-ġimgħa...

Numru ta' ATMs tal-BOV mhumiex jitħaddmu
Numru ta' ATMs tal-BOV mhumiex jitħaddmu

Il-Bank of Valletta jixtieq jinforma lill-klijenti tiegħu li disa’ ATMs bħalissa mhumiex qed jitħaddmu. Dan ġie kkawżat minn numru ta’ attentati frawdolenti matul tmiem il-ġimgħa.

Il-Bank jixtieq jassigura lill-klijenti tiegħu li l-ATMs kollha tiegħu huma mgħammra b’apparat kontra l-iskimming biex jilqa’ għal kwalunkwe apparat li jista’ jitwaħħal mal-ATM minn partijiet terzi b’intenzjonijiet frawdolenti.

Il-Bank qed jinvestiga dawn l-inċidenti u jikkollabora mal-awtoritajiet tal-Pulizija.

L-ATMs li temporanjament mhumiex qed jitħaddmu huma dawn li ġejjin:

  • Isla, Misraħ l-4 ta’ Settembru (maġenb l-Għassa tal-Pulizija)
  • Qasam Industrijali, Ħal Far
  • Ħal Safi, Triq il-Ħajt Ruman
  • Ħal Lija, 3, Triq Sir Ugo Mifsud
  • Marsaxlokk - 4/5 Pjazza Madonna ta’ Pompei
  • Bir id-Deheb – Wesgħet Bir id-Deheb, Ħal Għaxaq
  • Marsa – Triq it-Tiġrija
  • Preluna Towers – Triq it-Torri, Tas-Sliema
  • Msida – 212/215, Triq ix-Xatt, Tal-Pietà

Il-Bank jinkoraġġixxi lill-klijenti tiegħu biex dejjem ikunu viġilanti u jagħmlu rapport lill-Bank u lill-awtoritajiet tal-Pulizija jekk jiltaqgħu ma’ kwalunkwe oġġett suspettuż imwaħħal mal-ATM.

F’każ ta’ diffikultà, il-klijenti huma avżati biex jikkuntattjaw il-BOV Customer Service Centre fuq 2131 2020.

More in Socjali