Matul din is-sena, sa Settembru li għadda, kienu rrapurtati 317-il każ ġdid ta’ mard trażmess sesswalment.
Din l-informazzjoni ġiet mgħoddija fil-Parlament mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne għal domanda tad-deputat Luciano Busuttil.
Minn dawn it-tweġibiet ħareġ ukoll li sal-bidu ta’ din il-ġimgħa, kien hawn żewġ persuni li matul din is-sena tilfu ħajjithom kawża tal-marda tal-AIDS. Fil-fatt, matul l-2016 kienu żewġ persuni, li t-tnejn li huma kienu rġiel ta’ nazzjonalità barranija li mietu f’Malta. L-irġiel kellhom 30 u 35 sena rispettivament.