Matul ix-xahar ta' Settembru, l-ammont ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol kien ta' 3,207, li juri tnaqqis meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet meta kien hemm 4,924 persuna tirreġistra.
Minn statistika tal-aġenzija Jobsplus għax-xahar ta' Settembru, jidher tnaqqis ta' 1,503 persuna li jirreġistraw taħt l-iskema Part 1 waqt li kien hemm tnaqqis ta' 214-il persuna fost dawk jirreġistraw Part 2.
It-tnaqqis fl-ammont ta' persuni jirreġistraw ġie nnutat f'kull età, u naqra irrispettivament minn kemm kienu ilhom jirreġistraw. Minkejja dan, l-akbar tnaqqis seta' jidher fost persuni li ilhom jirreġistraw għal iktar minn sena.
Anke l-persuni b'diżabbiltà li kienu qed jirreġistraw, raw tnaqqis hekk kif in-numru naqas b'23 persuna, biex bħalissa hemm 375 persuna b'diżabbiltà, bi kważi 78% jkunu rġiel.
L-akbar ammont ta' persuni jirreġistraw kienu qed ifittxu xogħol klerikali, bi 18% tal-irġiel u 33% tan-nisa. Ir-rata ta' qgħad f'April li għadda kienet ta' 2.1%.