Qatt mhu tard wisq biex tiżżewweġ

114 persuna ta' iktar minn 60 sena jiżżewġu matul l-2015

Qatt mhu tard wisq biex tiżżewweġ, u dan jidher minn statistika li turi li matul l-2015, kien hemm 83 raġel u 31 mara li għandhom iktar minn 60 sena li żżewġu. Fl-istess informazzjoni li ħarġet minn mistoqsija Parlamentari tad-deputat Luciano Busuttil, deher kif l-iktar età li fiha jiżżewġu l-irġiel hija dik ta' 29 sena waqt li tan-nisa kienet ta' 26 sena. Min-naħa l-oħra, kien hemm żewġ tfajliet ta' 16-il sena u waħda ta' 17-il sena li żżewġu matul is-sena li għaddiet.

Minn total ta' 3,002 żwiġijiet, 212 minnhom saru f'Għawdex, u 1,481 kienu żwiġijiet ċivili.

 

More in Socjali