It-total ta' proprjetà mibjugħa sa issa fl-2016 tammonta għal 11,718 proprjetà, li minnhom 8,543 propjetà, kellhom il-valur tagħhom inqas minn €150,000 li nbiegħu matul l-2016. Dan il-prezz kien l-aktar wieħed popolari fost il-proprjetà kollha mibjugħa f'din is-sena sal-aħħar ta' Settembru.
Il-proprjetajiet bil-valur tagħhom ikun ta' bejn €150,000 u €250,000 inbigħu 1,768, waqt li imbagħad, 351 proprjetà ta' valur iktar minn €600,000 inbigħu f'din is-sena.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna għal mistoqsija tad-deputat Luciano Busuttil.