Il-Musulmani fil-Ġermanja jgħidu li ħafna moskei huma wisq konservattivi

Ħafna Musulmani li ilhom jgħixu l-Ġermanja jgħidu li ħafna moskei fil-Ġermanja huma aktar konservattivi minn dawk f'pajjiżi Għarab

L-aġenzija tal-aħbarijiet internazzjonli Reuters, irrappurtat li minn stħarriġ li sar fil-Ġermanja fost Musulmani li ilhom jgħixu l-Ġermanja għal numru ta' snin, dawn jemmnu li l-moskei fil-Ġermanja huma aktar konservattivi minn dawk f'pajjiżi Għarab stess.

Musulmani Ġermaniżi, f'sitt postijiet tat-talb separati, fi tliet ibliet fil-Ġermanja stqarru li jħossuhom skomdi bil-messaġġi konservattivi b'lingwi Arab li jintqalu fil-moskei. L-istess nies kellhom ukoll kritika dwar il-mod kif Musulmani ġodda li jidħlu l-Ġermanja jipprattikaw ir-Reliġjon, jilbsu u jġibu ruħhom.

Partit populista fil-Ġermanja din is-sena saħaq li l-Islam huwa inkompatibbli mall-kostituzzjoni Ġermaniża, u ġibed l-appoġġ ta' ħafna nies speċjalment wara n-numru kbir ta' attakki li seħħew fil-pajjiż minn Militanti Musulmani estremisti. Dawk l-istess Musulmani li ma jaqblux mal-moskei konservattivi qalu li parti mill-biża' u nuqqas ta' fiduċja fil-Musulmani in ġenerali fil pajjiż ġejja minħabba dan il-konservazzjoniżmu estrem ta' ċerti moskei.

Bid differenza ta' moskei finanzjati mill-Arabja Sawdija, li fihom imorru Musulmani konservattivi, aktar minn erba' miljun Musulman li jgħixu l-Ġermanja ġejjin mit-Turkija u jmorru jitolbu f'Moskei fejn tiġi mitkellma l-lingwa Torka, huma parzjalment iffinanzjati minn Ankara u m'humiex konservattivi.
 

More in Socjali