
ritratti | Jixxabtu ma' Mater Dei biex iferrħu t-tfal
Membri tal-Mosta Scout Group libsu ta' eroj u xxabtu mal-bini tal-isptar

More in Socjali
Membri tal-Mosta Scout Group libsu ta' eroj u xxabtu mal-bini tal-isptar
Membri tal-Mosta Scout Group libsu kostumi ta' eroj u xxabtu mal-bini tal-Isptar Mater Dei. Dan kollu sar sabiex iferrħu lit-tfal li jinsabu rikoverati fid-diversi swali f'Mater Dei.
Din l-attività ttellgħet fost diversi attivitajiet f'għeluq il-100 sena mit-twaqqif tal-Mosta Scout Group. Din l-attività bl-isem ta' 'Hospital Heroes' rat diversi membri ta' dan il-grupp jagħmlu abseiling minn fuq il-bejt tal-isptar Mater Dei, sabiex it-tfal li jinsabu taht il-kura f'diversi swali ikunu jistgħu jarawhom, ikellmuhom u jitbissmu.
Il-Heroes kienu jinkludu karattri favoriti mat-tfal, fosthom Superman, Spiderman u Wonder Woman. Din l-attività bl-għan li tnissel tbissima fuq fomm dawn il-pazjenti żgħar, tant kienet suċċess, li diġà bdew il-pjanijiet biex din l-attività terġa' ssir darb'oħra.
Il-Mosta Scout Group se jkun ukoll qed jorganizza l-'Absailing Marathon' għas-sitt sena fejn membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jippruvaw upsailing u ziplining. L-attività li se tkun qed issir bejn id-19 u l-20 ta' Novembru se ssir b'risq id-Dar tal-Providenza.