29 persuna mressqa l-Qorti fuq pedofelija fi 8 xhur

Ċifra xokkanti ta' persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta' pedofelija f'Malta fl-ewwel 8 xhur ta' din is-sena

Matul l-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena, ġew imressqa 29 persuna l-Qorti ta’ Malta fuq reati b’rabta ma’ pedofelija. Dan ifisser li kien hemm medja ta’ kważi erba’ persuni mressqa l-Qorti kull xahar.

Il-maġġoranza assoluta ta’ dawn il-persuni kienu rġiel, b’total ta’ 25. Minn dawn, 20 kienu rġiel ta’ nazzjonalità Maltija.

Min-naħa l-oħra kien hemm tliet nisa Maltin u waħda ta’ nazzjonalità barranija li ġew imressqa fuq akkużi relatati ma’ pedofelija.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-parlament mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Luciano Busuttil.

More in Socjali