845 persuna mressqa l-Qorti fuq vjolenza domestika fi 8 xhur

Uħud mill-każi ntemmu fi priġunerija, iżda oħrajn ngħataw multi u twiddib fost l-oħrajn

Total ta' 845 persuna ġew imressqa l-Qorti matul l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena sa Awwissu, fuq reati ta' vjolenza domestika.

Minn dawn il-persuni, 274 kienu mara, li 12 minnhom kienu ta' nazzjonalità barranija. Fl-istess waqt, kienu 571 raġel imressqa l-qorti fuq dawn ir-reati, li minnhom, 75 kienu ta' nazzjonalità barranija.

Dan intqal fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela, għal mistoqsija tad-deputat Luciano Busuttil.

Abel qal ukoll li ħafna minn dawn il-każi għadhom pendenti quddiem il-qorti. Minkejja dan, dawk il-każi li fihom ingħatat is-sentenza, kienu jvarjaw minn multi, twiiddib, ordni ta' protezzjoni, liberat bil-kundizzjoni, sentenza sospiża u priġunerija.

Xi każi ġew irtirati u oħrajn preskritti.

More in Socjali