Il-knejjes Maltin mimlijin nies. Min imur jixgħel xemgħa, min imur iħalli donazzjoni u f'ċerti każi ħafna turisti imorru biex jieħdu ftit ritratti. B'attività kontinwa, għalhekk, il-knejjes jibqgħu wieħed mill-post preferut għal serqiet, kemm minn xi kaxxa quddiem statwa (speċjalment dik ta' quddiem it-titular, għax tkun iktar mimlija) kif ukoll minn but xi parruċċan jew turist.
Għalkemm il-knejjes xorta mhumiex l-iktar post preferut għas-serq, bejn s-sena 2006 u din is-sena saru 273-il serqa minn knejjes li kienu jinkludu serq ta' ġojjellerija, apparat, kompjuters, strumenti u kurċifissi. Intant s-serq minn viżitaturi kien jinkludi mobile phones, kartieri u anke ċwievet.
Fl-aħħar 10 snin l-aktar knejjes illi fihom sar serq kienu fil-Belt Valletta fejn kienu rrapurtati xejn inqas minn 36 serqa, San Ġiljan fejn kienu irrappurtati 14-il serqa, Birkirkara b'16-il serqa u Tas Sliema b'13-il serqa rrapurtata.
Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Luciano Busuttil.