Fil Polonja, l-abort huwa illegali ħlief f'każi ta' stupru, meta l-ħajja tal-mara tkun fil-periklu jew meta l-fetu jiġi ċertifikat li għandu ħsara irreparabli.
Minkejja dan, sabiex l-abort aktar u aktar ma jkunx ikkunsidrat, fil-Polonja ħarġet liġi ġdida li qed tqajjem naqra kontroversja mhux ħażin. Dan għaliex ittieħdet deċiżjoni li dawk in-nisa li jiddeċiedu li jibqgħu għaddejjin bit-tqala u jwelldu tarbija minkejja li jkunu jafu li din se titwieled b'xi diżabilità jew deformazzjoni, se jirċievu bonus €930 mingħand l-istat.
Dan iddeċidieh il-Parlament f'Varsavja, b'maġġoranza assoluta tal-'Partit Populista Dritt u Ġustizzja' (Pis) u total ta' 267 vot ieħor favur minn deputati oħra, kontra 140 li ma' qablux.
Il-liġi, li se tiġi msejjħa 'Pro Life' se tkun provvediment favur il-ħajja u kontra kull forma ta' abort.