600 nurse u tabib ġodda mill-2015

Fl-2015, ġew ingaġġati 120 tabib ġdid mal-Gvern

Matul l-2015, u l-ewwel erba' xhur tal-2016, ġew ingaġġati total ta' 603 nurse u tabib ġdid fis-servizzi tas-saħħa tal-Gvern.

Fil-fatt, matul l-2015, il-Gvern ingaġġa 120 tabib sabiex jaħdem miegħu, waqt li matul din is-sena, diġà ġew ingaġġati 116-il tabib.

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, għal domanda parlamentari tad-deputata Claudette Buttigieg, qal ukoll li mill-2015 sa April ta' din is-sena, ġew ingaġġati 367 nurse, u dan minbarra l-ammonti ta' nurses u tobba li se jkunu qed jiggradwaw mill-Università ta' Malta fil-ġimgħat li ġejjin.

More in Socjali