Żieda ta' aktar minn 11% ta' ħaddiema bi problemi ta’ saħħa mentali

Studju li għamlet ir-‘Richmond Foundation’ juri li f’dawn l-aħħar snin kien hawn żieda sostanzjali ta’ ħaddiema li jsorfu minn problema ta’ saħħa mentali

In-numru ta’ ħaddiema li qegħdin isofru bi problemi ta’ saħħa mentali, żdied b’mod sostanzjali f’dawn l-aħħar snin. Din l-informazzjoni ħarġet minn studju li għamlet ir-‘Richmond Foundation’, fejn fih ħareġ li nofs il-kumpaniji li jħaddmu aktar minn 200 ħaddiem, irrappurtaw din iż-żieda.

L-istudju wera li mill-2013, ġiet irreġistrata żieda ta’ 11.2% fil-każi ta’ problemi ta’ saħħa mentali rrapportati. L-istess studju wera li aktar ma tkun kbira l-kumpanija, aktar kien hemm każi rrappurtati.

Richmond Foundation irrappurtat li 27.8% tal-kumpaniji li jimpjegaw bejn 10 u 49 ħaddiem u 27.5% ta’ dawk li jħaddmu bejn 50 u 249 impjegat kellhom żieda fil-każi rrappurtati f’dawn l-aħħar sentejn. Fl-istess perjodu, nofs il-kumpaniji li jimpjegaw aktar minn 240 impjegat, irreġistraw aktar minn erba’ każi tul il-perjodu tal-istudju,

L-istudji żvelaw li l-aktar problema mentali komuni li tolqot l-imjegati hija d-dipressjoni, b’aktar minn 50% tal-każi. Immedjatament wara jiġi l-istress u mbgħad l-ansjetà.

Il-fondazzjoni ivverifikat li 42% tal-każi rrappurtati kienu infatti ċertifikati minn tobba u li fil-maġġoranza tagħhom kienu kawża ta’ problemi personali, iżda 40% tal-każijiet kienu riżultat tat-tip ta’ xogħol li l-ħaddiema jagħmlu u 25% irrappurtaw li l-kawża tal-problemi mentali tagħhom hija stress u pressjoni fuqhom minn naħa tas-superjuri tagħhom.

Minkejja dawn l-istudji u ż-żieda fil-każi rrappurtati, aktar minn 60% tal-kumpaniji m’għandomx għarfien dwar politika u proċedura fir-rigward tal-problemi mentali. 

More in Socjali