It-total ta' flus maħruġa mill-Gvern bħala sussidju fuq it-trasport pubbliku kienet tlaħħaq ftit inqas minn €100 miljun, jew €97,232,467 fuq perjodu ta' erba' snin.
L-ammonti mogħtija f'sussidju kienu dejjem tilgħin fejn fl-2012, l-ammont kien ilaħħaq ftit iktar minn €8 miljun. Fis-sena ta' wara, jiġifieri l-2013, dan l-ammont tela' għal ftit iktar minn €10 miljun, u fl-2014, kien tela' għal iktar mid-doppju, b'€29,027,312.
Minkejja dan, matul l-2015, dan l-ammont reġa' naqas għal €23 miljun. B'hekk it-total matul erba' snin ta' sussidju ta' trasport pubbliku kien ilaħħaq ftit inqas minn €100 miljun.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi għal mistoqsija tad-deputat Toni Bezzina.