L-Arċisqof Emeritus Paul Cremona jgħaddi għall-ħajja ta' dejjem
Il-Funeral ta' Cremona ħa jiġi organizzat mill-knisja u l-istat

L-Arċisqof Emeritus Paul Cremona
More in Socjali
Il-Funeral ta' Cremona ħa jiġi organizzat mill-knisja u l-istat
L-Arċisqof Emeritus Paul Cremona miet nhar it-Tlieta
Cremona, li kellu 79 sena, iddedika ħajtu lil Knisja Kattolika. Huwa serva bħala l-Arċisqof ta' Malta minn Jannar tal-2007 sar-riżenja tiegħu f'Ottubru tal-2014, fl-età ta' 68 sena.
Il-knisja ħarġet stqarrija fejn qalet li huwa telaq minn din id-dinja nhar it-Tlieta f'11:55pm, l-isptar Mater Dei. Fl-istess stqarrija, il-knisja sellmet il-memorja tiegħu bħala raġel mimli mħabba.
Huwa ħa jingħata l-aħħar tislima s-sibt fid-9.30am fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann.
Waqt iż-żmien li qatta bħala l-Arċisqof, Cremona kien mal-Knisja waqt żminijiet ta' sfidi, bħall-kampanja sabiex jidħol id-divorzju f'Malta, li effettwat b'mod negattiv l-influenza tal-knisja f'Mata. Sena wara, il-knisja kellha inqas vuċi u influenza, hekk kif hi opponiet li koppji omosesswali għandhom jingħataw id-dritt sabiex jaddottaw.
L-Ambaxxatur ta' Malta għall-Vatikan, Frank Zammit, irreaġixxa għall-mewt ta' Cremona fuq il-midja soċjali fejn qal li l-mewt tiegħu hija telfa kbira għall-Knisja f'Malta
Zammit żied jgħid li x-xogħol ta' Cremona bħala arċisqof ħalla impatt pożittiv fuq il-komunità lokali, "u se jibqa' fil-memorja ta' ħafna bħala figura ta' gwida u tama."
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li Malta tilfet "qaddej twajjeb." Hu qal ukoll li kien għadu kif tkellem miegħu ftit jiem qabel ma miet.
Il-Prim Ministru Robert Abela ddeskriva lil Cremona bħala "is-saċerdot twajjeb li mexxa l-Knisja b'umiltà u bi mħabba." Abela stqarr li wara li tkellem mal-arċisqof, sar ftehim li l-funeral ta' Cremona ħa jsir b'ħidma minn naħa tal-knisja u l-istat.
Il-President tal-Parlament Ewropej Roberta Metsola ddeskriviet lil Cremona bħala wieħed li ddedika ħajtu biex jagħti servizz lil ħaddieħor. Hi qalet Cremona ma kienx wieħed għaċ-ċerimonji imma raġel tan-nies.
“Monsinjur Cremona mexxa lill-Knisja Kattolika Maltija bħala Arċisqof b’imħabba u umiltà, u jibqa’ mfakkar ukoll għall-ġid li għamel fis-silenzju matul iktar minn 50 sena ta’ servizz fi ħdan il-Knisja Kattolika,” stqarret il-President ta' Malta Myriam Spiteri Debono fi stqarrija.