Iktar investiment fl-aċċessibbiltà f'Għajn Tuffieħa, l-Armier u l-Bajja s-Sabiħa

Nefqa ta' €64,150 matul is-sajf li għadda f'titjib fl-aċċessibbiltà fuq il-bajjiiet

Matul ix-xhur tas-sajf li għadda, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, li hi l-entità responsabbli mill-bajjiet u x-xogħol ta' titjib fihom, investiet mal-€64,150 f'titjib fil-bajjiet għal iktar aċċessibbiltà.

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis ħabbar kif matul iż-żmien li ġej, se jkunu qed jiġu mtejba wkoll il-bajjiet ta' Għajn Tuffieħa, l-Armier, il-Bajja s-Sabiħa f'Birżebbuġa u l-bajja tal-Fajtata.

Intqal ukoll kif matul is-sajf tal-2016, ġew installati pjattaformi ta' 150 metru fil-bajja tal-Għadira, waqt li twaħħlu hoist chairs f'bajjiet bil-blat bħall-Qawra u l-Exiles f'Tas-Sliema, u żdiedu l-ammont ta' amphibious chairs fil-bajjiet bir-ramel.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis għal mistoqsija tad-deputat Anthony Agius Decelis.

More in Socjali