L-Air Malta tiċċelebra ‘Cyber Monday’ bi skont ta’ 25%

L-Air Malta se toffri skont ta' 25% fuq 20 rotta għal vjaġġi li jsiru bejn Dicembru 2016 u Ġunju 2017

Biex tiċċelebra ‘Cyber Monday’, l-Air Malta ser tniedi jum ta’ skont promozzjonali ta’ 25% fuq seats partikolari fuq id-destinazzjonijiet kollha tagħha.

Dan l-iskont japplika għal 20 rotta għal vjaġġi li jsiru bejn Dicembru 2016 u Ġunju tas-sena d-dieħla.

L-iskont ser ikun miftuh għal 24 siegħa biss, u jibda minn nhar it-Tnejn, 28 ta’ Novembru f’00:00am u jibqa’ għaddej sal-11:59pm. Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn fuq is-sit tal-linja tal-ajru www.airmalta.com.

L-offerta hija valida għal vjaġġi bejn l-1 ta’ Diċembru 2016 u t-30 ta’ Ġunju 2017, bl-esklużjoni tal-perjodu ta’ bejn il-21 ta’ Dicembru 2016 u l-4 ta’ Jannar 2017 u bejn is-7 ta’ April u s-16 ta’ April 2017.

Il-promozzjoni tal-linja tal-ajru hija disponibbli għal titjiriet lejn/minn Amsterdam, Berlin, Brussell, Katanja, Dusseldorf, Frankfurt, Londra (Heathrow u Gatwick), Lyon, Manchester, Marsilja, Milan, Moska, Munich, Parigi, Praga, Ruma, Palermo, Vjenna u Zurich. Il-postijiet huma soġġetti għad-disponibbiltà. Termini u kundizzjonijiet jistgħu japplikaw.  

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq is-sit www.airmalta.com, jew minn fuq il-paġna ta’ facebook, www.facebook.com/AirMalta.

More in Socjali