Donald Trump huwa l-'persuna tas-sena' skont il-magażin TIME

Hillary Clinton kienet fit-tieni post għal dan it-titlu

Il-magażin ferm influwenti Time, għadu kemm ħabbar kif il-persuna magħżula għat-titlu, 'Persuna tas-Sena' għall-2016, huwa l-President Amerikan, Donald Trump.

Il-magażin sejjaħ lil Trump bħala, 'il-president tal-istati diviżi tal-Amerika'. Għal dan it-titlu tal-aħħar, Trump qal li ma kienx kuntent u saħaq li l-Istati Uniti kienu ilhom diviżi. 

Minkejja dan, Trump sostna li dan kien unur kbir għalih li ngħata t-titlu tal-persuna tas-sena għaliex qal li, "Time huwa magażin importanti ħafna."

Il-maġażin, ta' kull sena jagħżel persuna, grupp, idea jew oġġett li ikun influwenza l-iktar, l-avvenimenti tas-sena, kemm fit-tajjeb jew fil-ħażin.

Fost il-finalisti li kien hemm għal dan it-titlu flimkien ma' Trump, kien hemm il-kandidata presidenzjali Amerikana Hillary Clinton, il-ġinnasta Olimpika, Simone Biles, il-kantanta Beyoncé, u l-moħħ wara Facebook, Mark Zuckerberg.

More in Socjali