83% tat-toilets fil-Ministeri iktar huma 'gender neutral'

Qabel Lulju tal-2016, kien hemm 368 gender neutral toilet

Minn 368 gender neutral toilet f'Ministeri u entitajiet pubbliċi, l-ammont issa żdied għal 674, li jfisser żieda ta' 83% f'dawn it-tip ta' toilets.

Fil-Parlament, il-Ministru għal-Libertajiet Ċivili Helena Dalli qalet li minn mindu ħarġet memo interna għas-segretarji permanenti rigward dan is-suġġett f'Lulju ta' din is-sena, in-numru tela' minn 368 għal 674.

Din il-bidla fis-sinjaletika f'dawn il-kmamar tal-banju fi ħdan Ministeri u entitajiet pubbliċi saret sabiex dawn isiru aċċessibbli għal kull ġeneru.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Helena Dalli għal mistoqsija Parlamentari ta' Godfrey Farrugia.

More in Socjali