GO illum nediet direttorju tat-telefon mingħajr ħlas fuq application tal-mobile. L-app, li tinsab disponibbli fuq Google Play store u l-App store, tinkludi n-numri tat-telefon u mobile irreġistrati u li taw il-kunsens biex in-numru tagħhom jitniżżel fid-direttorju tas-servizz tal-operatur rispettiv tagħhom f’Malta. Fost in-numri rreġistrati, wieħed isib dawk tar-residenzi, negozji u entitajiet tal-Gvern.
Ma hemmx bżonn ta’ reġistrazzjoni biex wieħed juża’ l-app. Id-direttorju tat-telefon jista’ jintuża’ mill-ewwel ladarba jitnizzel fuq il-mobile, diment li jkun hemm konnessjoni tal-internet attiva.
It-telephony directory mobile app il-ġdida ta’ GO hi faċli biex tintuża. In-numri tar-residenzi, negozji u entitajiet tal-Gvern jistgħu jinkisbu billi wieħed ifittex permezz tal-isem, lokalità jew indirizz. Barra minn hekk, jekk l-utenti jirċievu missed call minn numru mhux familjari, hemm għażla fejn ikunu jistgħu jiksbu d-dettalji ta’ min qed iċempel, dment li min qed iċempel ikun ta l-kunsens biex id-dettalji tiegħu jew tagħha jkunu aċċessibbli.
Kurt Camilleri, il-Kap Kummerċjali ta’ GO, qal, “It-telephone directory mobile app ta’ GO qed tqiegħed mijiet ta’ eluf ta’ numri ta’ linji fissi u ċellulari tal-operaturi kollha f’Malta fl-ismartphones ta’ kulħadd biex min ikollu bżonn ikun jista’ jagħmel użu minnha. It-tnedija tal-app, li hi konvenjenti, faċli biex tużaha u mingħajr ħlas, hi parti mill-impenn ta’ GO lejn Malta bħala l-fornitur tas-servizzi ta’ komunikazzjoni.”
Għal aktar tagħrif dwar id-directory mobile app wieħed jista’ jżur is-sit: https://www.go.com.mt/phone-directory/app