filmat | ‘Lit-tifel inkellmu bil-Malti imma jweġibni bl-Ingliż’

Il-ġenerazzjoni li jmiss tal-Maltin: Malti jew Ingliż

Pajjiż bilingwi. Hekk huwa Malta, fejn il-poplu tiegħu jitkellem kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti, tajjeb indaqs. Minkejja dan, iktar ma jgħaddi ż-żmien, l-influss ta’ kliem barrani u missellef fil-lingwa Maltija, dejjem qed jinħass iktar. Dan jiġri bosta drabi għaliex ma jkunx hemm kliem preżenti fil-Malti għal oġġetti jew kunċetti partikolari fil-ħajja ta’ kuljum. Iżda minkejja dan, spiss wieħed jisma’ taħlit taż-żewġ lingwi flimkien, kemm mill-kbar u anke mit-tfal.

Għal dan, il-gazzetta ILLUM staqsiet lil ġenituri ta’ tfal li uliedhom imorru fi skola tal-Gvern f’Pembroke, u oħrajn li uliedhom jattendu skola privata fl-istess lokalità, kemm iħossu li huwa importanti li lill-uliedhom ikellmuhom biż-żewġ lingwi f’darhom? X’realtajiet differenti jaffaċjaw dawk il-ġenituri li jkellmu lil uliedhom b’iktar minn żewġ lingwi minħabba realtajiet differenti fil-familja tagħhom?

filmat: James Bianchi

More in Socjali