Bħal kull sena, it-13 ta' Diċembru jfakkar il-jum li fih pajjiżna ma baqax iżomm ir-Reġina bħala l-kap tal-istat tiegħu iżda minflok, inħatar l-ewwel president tar-Repubblika. Fil-fatt, 42 sena ilu, Sir Anthony Mamo kien l-ewwel President tar-Repubblika u li okkupa din il-kariga għal sentejn.
Intant, f'ċerimonja li ssir kull sena f'dan il-jum, il-President wara d-diskors tagħha, tirrikonoxxi għadd ta' persuni li minħabba l-kontribut tagħhom f'diversi oqsma tal-ħajja, taw ġieħ lil Malta.
Fil-fatt, fiċ-ċerimonja tal-lum, il-President Marie Louise Coleiro Preca wara diskors imqanqal, irrikonoxxiet numru ta' persuni għall-ħidma tagħhom. Fost dawn, kien hemm l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona li b'hekk, issa sar kumpann fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu.
Fost il-persuni rikonoxxuti f'din iċ-ċerimonja hemm il-professur Godfrey Pirotta, il-kantant Freddie Portelli, iż-żeffiena Alison White, il-kowċ tal-tim tal-waterpolo nazzjonali Karl Izzo u l-eks Ambaxxatriċi għal Malta, Gina Abercrombie Winstanley.
Matul iċ-ċerimonja ta’ din is-sena, il-President tat ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu lil ħmistax-il persuna, sitta minnhom fuq bażi onorarja u persuna wara mewtha. Ħdax-il persuna/gruppi oħra ngħataw il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Persuna minn dawn tal-aħħar ingħatat l-unur wara l-mewt, waqt li persuna oħra fuq bażi onorarja.
Il-lista sħiħa tal-persuni rikonoxxuti huma:
Kumpann: Ordni Nazzjonali tal-Mertu - L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona
Uffiċjal - L-eks Imħallef Philip Sciberras
Uffiċjali Onorarji: - Gina Abercrombie Winstanley
Sandro Gozi
Lord Mandelson
Rachid Marif
Membri: Clifford Borg Marks
Maria Camilleri
Fr. Anthony Edmond Caruana
David Mifsud
Karmen Mikallef Buhagiar (wara mewtha)
Godfrey Pirotta
Joseph Zammit Tabona
Membri Onorarji: Stephan Drewes
Alexander Piltz
Midalja għall-Qadi tar-Repubblika: Anthony Aquilina (wara mewtu)
Esther Azzopardi
Peter Paul Ciantar
Nicolina Farrugia
Karl Izzo
Christopher Micallef
Freddie Portelli
Alison White
Il-Malta Hospice Movement
Is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù (Londra)
Midalja għall-Qadi tar-Repubblika fuq Bażi Onorarja: Alan Ralph Curry