Pass eqreb biex il-Berġa restawrata tal-Italja ssir il-Mużew Nazzjonali tal-Arti

L-Awtorita' tal-Ippjanar tapprova l-bidla għall-użu tal-Berġa għall-mużew tal-arti, MUŻA

Il-faċċata tal-Berġa li se ssir MUŻA ... qabel kienet restawrata
Il-faċċata tal-Berġa li se ssir MUŻA ... qabel kienet restawrata

Il-Bord tal-Ippjanar għadu kif ħareġ permess għall-bidla fl-użu tal-Berġa tal-Italja fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, li se jkun jismu MUŻA. Il-proġett ta' dan il-mużew li tħabbar fil-Baġit għas-sena 2015, se jinkorpora diversi spazji għall-esebizzjonijiet kif ukoll mużew tal-kostumi, simili ħafna għal dak li hemm f'diversi bliet madwar l-Ewropa. 

Sa ftit ilu l-Berġa kienet sservi bħala l-uffiċċju tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, kif ukoll il-Ministeru għat-Turiżmu u oriġinarjament kienet waħda miċ-ċentri ewlenin li fiha kienu jiltaqgħu l-Kavallieri, maġanb Berġa oħra mill-isbaħ, l-Berġa ta' Kastilja.

Apparti dan fl-aħħar ġimgħat restawr estensiv fuq il-faċċata ġie fi tmiemu u reġa inkixef dan il-bini, arkittetonikament mill-iktar rikk. Ir-restawr tal-bini ikkumplimenta r-restawr ta' Kastilja u r-restawr fil-bini fejn hemm il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. 

 

 

More in Socjali