Filmat | Il-konsegwenzi koroh ta’ sewqan taħt l-effett tax-xorb

Transport Malta u l-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq nedew kampanja kontra s-sewqan taħt l-effett tax-xorb, speċjalment għal ġranet tal-festi

Transport Malta u l-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq nedew kampanja kontra s-sewqan taħt l-effett tax-xorb.  Ir-riklam ġdid fuq it-televiżjoni u r-radju isaħħaħ il-kampanja li d-Direttorat għal Promozzjoni għas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard tmexxi kull sena.  Din hija fażi ġdida tal-kampanja Rispett fit-Triq li Transport Malta u l-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq bdew f’Settembru ta’ din is-sena.

Ħafna postijiet tax-xogħol jiċċelebraw f’dan iż-żmien ta’ festi.  Hafna jagħżlu li jixorbu u jsuqu. Permezz ta’ din l-istorja fittizja preżentata fil-filmat, qed jiġu mfakkra l-konsegwenzi koroh ta’ sewqan taħt l-effett tax-xorb.

Għaldaqstant, Transport Malta u l-Kunsill Malti għas-Sigurta’ fit-Toroq jappellaw lis-sewwieqa biex jekk se jixorbu, ma jsuqux.

More in Socjali