83% tal-Maltin jaċċessaw l-internet minn fuq il-mobile

Il-kompjuter tradizzjonali sar l-inqas mezz komuni biex jintuża l-internet

83% tal-Maltin li jużaw l-internet, jagħmlu dan permezz tal-mobile phone tagħhom. Dan jagħmel dan il-mezz, l-iktar wieħed popolari fost it-teknoloġija kollha li wieħed jista' juża sabiex jidħol fuq l-internet.

Fil-fatt, il-kompjuter tradizzjoni sar l-inqas mezz popolari, b'42% tal-Maltin li jużaw l-internet jużawh, biex b'hekk anke t-tablets huma mezz iktar popolari b'45%. Il-laptops u n-netbooks jibqgħu popolari wkoll b'69% tal-utenti tal-internet.

Dan jirrifletti s-sitwazzjoni fl-Unjoni Ewropea, hekk kif il-maġġoranza assoluta tal-pajjiżi, ukoll jaċċessaw l-internet permezz tal-mobile l-aktar, minbarra f'ħames pajjiżi biss.

Dan jirriżulta minn statistika maħruġa mill-Eurostat fejn deher ukoll li żgħażagħ ta' bejn is-16 u l-24 sena huma l-iktar li jaċċessaw l-internet permezz tal-mobile, b'94% minnhom jagħmlu dan.

More in Socjali