Il-Vilaġġ tal-Milied ta' San Pawl il-Baħar jibda llum

Kant, korijiet, stands u logħob għat-tfal se jkunu l-karaterristiċi prinċipali

Il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar matul il-jiem li ġejjin ser ikun qiegħed jorganizza villaġġ tal-Milied ġewwa San Pawl il-Baħar, filwaqt li jipprova li jinkiser rekord nazzjonali.

L-attivita’ tibda llum  l-Erbgħa, l-Ħamis u l-Ġimgħa, 21, 22 u 23 ta' Diċembru, dan il-villaġġ ser ikun armat f’San Pawl il-Baħar fi Ġnien Anton Buttigieg, Triq Parades (it-triq prinċipali ta' San Pawl il-Baħar, wara l-BOV).

Fuq il-palk ser ikun hemm varjeta’ ta’ kant mit-tfal u korijiet, zfin, is-sehem ta’ talent lokali fosthom kantanti u bands stabbiliti. Ser ikun hemm ukoll varjeta’ ta’ stands, logħob għat-tfal, u diversi attrazzjoniiet oħra fosthom Father Christmas u karattri oħra.

Attrazjoni speċjali matul dawn il-jiem ser tkun siġra naturali armata bit-tiżjin tal-Milied f’tentattiv li jinkiser rekord nazzjonali ta’ l-itwal siġra naturali armata b’tiżjin preparat mit-tfal.

Għalhekk it-tfal huma mħeġġa li jagħmlu huma stess it-tiżjin tal-Milied (importanti li t-tiżjin ikun magħmul mit-tfal) u jiġu bih fi Ġnien Anton Buttigieg illum l-Erbgħa 21 ta' Diċembru bejn il-17.30 u s-19.30. Din l-inizjattiva qed issir bil-kollaborazzjoni tal-Kumitat Festa Marija Sultana tal-Martri, San Pawl il-Baħar.

Għal aktar informazzjoni tista’ tikkuntatja lis-Sindku, l-Perit Graziella Galea, fuq in-numru 99470538.
 

More in Socjali