Ibgħat rigal tal-Milied lit-tfal fis-Sirja

'Il-ħtieġa hija akbar din is-sena, meta tant familji għadhom kemm ġew evakwati mil-Lvant ta’ Aleppo'

ritratt: ACM Malta
ritratt: ACM Malta

Minflok ma jintbagħtu ġugarelli u ħelu lejn Aleppo, minn Malta, ACM qed jissuġġerixxu hu li ssir donazzjoni ugwali għal dak li hu ppjanat li jintefaq fuq rigali għat-tfal tal-familja jew ħbieb, jingħata lill-kampanja ta’ ACN Malta 'Rigal tal-Milied għat-tfal fis-Sirja'.

"Id-donazzjoni tiegħek se tipprovdi "Pakketti tal-Milied" mimlija bil ħwejjeġ sħan, ikel, ġugarelli, ħelu, żraben u affarijiet essenzjali oħra għat-tfal spustati u dawk li tilfu kollox meta d-djar tagħhom kienu ibbumbardjati. B'għajnuna finanzjarja mill-ACN, il-ħaddiema lokali qed jippreparaw eluf ta’ 'Pakketti tal-Milied', lesti biex jitqassmu lill-familji spustati fil-bżonn," qalu ACN Malta.

Is-sena li għaddiet, id-distribuzzjoni ta’ "Pakketti tal-Milied" kienet suċċess kbir, u ġabet ferħ tal-Milied lil 15,000 tfal fl-Iraq u aktar minn 7,000 fis-Sirja. Il-ħtieġa hija saħansitra akbar din is-sena, meta tant familji għadhom kemm ġew evakwati mil-Lvant ta’ Aleppo.

"Il-partners dedikati tagħna fil-Punent ta’Aleppo qed ikomplu jagħtu ikel u għajnuna essenzjali oħra f'kundizzjonijiet diffiċili. Is-Sorijiet ta' Ġesù u Marija jmorru fid-djar biex jipprovdu ikel, flus għall-kera u t-tisħin, ħwejjeġ sħan u mediċini lil familji Sirjani fil-bżonn," żiedu jgħidu,

Donazzjonijiet jistgħu jsiru b'ċekk fuq Christmas present for Syria, bil-posta fuq ACN (Malta), 39b, Mdina Road, Attard, ATD9038, Malta, jew trasferiment bankarju fuq APS Bank, IBAN: APSB MT72 7705 7008 5772 2000 1771 733., u jintbagħat email fuq [email protected] biex tavża li saret donazzjoni.

More in Socjali