Biljetti għall-anzjani għaċ-ċirklu ta’ żmien il-festi

‘‘Naħdmu kontinwament biex kull post u kull attività fil-pajjiż tkun tista’ titgawda mill-anzjani u mill-persuni b’diżabilità'

‘‘Naħdmu kontinwament biex kull post u kull attività fil-pajjiż tkun tista’ titgawda mill-anzjani u mill-persuni b’diżabilità, u dan jgħodd ukoll għall-attivitajiet ta’ divertiment fi żmien il-festi’’, qalet is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana meta lbieraħ żaret iċ-ċirklu Citta di Roma li bħalissa jinsab Manoel Island għal matul il-festi tal-Milied u tal-ewwel tas-sena l-ġdida. 
 
Hija ntlaqgħet mid-diriġenti li fissrulha l-ħidma tagħhom, kif isegwu r-regolamenti u fl-istess waqt joffru spettaklu li jinteressa lill-pubbliku. Dr Caruana tkellmet dwar l-importanza ta’ attivitajiet ta’ divertiment xieraq għall-familja kollha u li jkunu milħuqin minn kulħadd. Justyne Caruana qalet li d-diriġenti qed joffru 500 biljett b’xejn għall-persuni b’diżabilità u għall-anzjani li jibbenefikaw minn servizzi residenzjali u li jattendu ċ-ċentri ta’ matul il-jum, sabiex ikunu jistgħu jattendu lwirjiet spettakolari li jipprovdu l-artisti u l-ġinnasti f’dan iċ-ċirklu ta’ fama internazzjonali. 
 
Is-Segretarju Parlamentari rringrazzjat lid-diriġenti u appellat biex entitajiet oħra jieħdu dan leżempju u jiftakru li fostna għandna persuni li jistħoqqilhom igawdu u jipparteċipaw, imma jkunu jeħtieġu l-appoġġ u l-inkoraġġiment ukoll tal-organizzaturi. 
 
 

More in Socjali