Il-jum tal-għada tal-Milied għas-snin li għaddew sar sinonimu mal-festa ta' solidarjetà, tal-Istrina.
L-edizzjoni ta' din is-sena, bit-tema 'Flimkien b'solidarjetà' infetħet mill-President, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.
L-edizzjoni ta' din is-sena inbdiet f'nofsinhar u għandha tibqa' sejra sa nofsillejl, u qed tittella' mill-kumpless sportiv f'Ħal Kirkop.
Bi preżentazzjoni ta' bosta personalitajiet fosthom il-kap eżekuttiv il-ġdid John Bundy, it-trażmissjoni ta' din is-sena qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha.
Iċ-ċifra qabżet it-total ta' €5.5 miljun, jew €1.5 miljun aktar mis-sena l-oħra. Dan ifisser li l-Istrina ta' din is-sena qabżet kull rekord mit-18-il edizzjoni tal-Istrina li saret
Kull min jagħti donazzjonijiet qed jirċievi messaġġ ta' ringrazzjament mill-isbaħ Mill-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca. 'Nirringrazzjak talli int attivist tas-solidarjetà. Grazzi minn qalbi f'isem min se jgawdi mill-ġenerożità tiegħek,' jgħid il-messaġġ tal-President.
Aktar aġġornamenti fil-ħin li ġej